In-negozjant Yorgen Fenech ta’ 38 sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih wara li s-Sibt filgħaxija tressaq il-Qorti akkużat b’kumpliċita fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fis-sittax ta’ Ottubru elfejn u sbatax.
Il-Qorti fetħet b’urġenza, sabiex tressa quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi tal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud assistit minn Kurt Zahra.
L-Ispettur Arnaud akkuża lil Fenech li ma’ terzi uża splussiv sabiex joqtol u jqiegħed ħajjet ħaddieħor f’periklu.
Huma ordnaw sabiex jiġu sekwestrati l-assi tiegħu.
B’tonn baxx, huwa wieġeb il-mistoqsijiet tal-Qorti fosthom huwa qal li jaħdem bħala Direttur.
Huwa ġie arrestat għall-ewwel darba fl-għoxrin ta’ Novembru. Matul dawn il-ħdax-il ġurnata. Bl-Ispettur Keith Arnaud ilu sentejn jinvestiga dan l-omicidju bl-għajnuna tal-Europol u l-FBI.
L-Ispettur Arnaud qal li Fenech ġie arrestat fl-għoxrin ta’ Novembru fil-05:45 am. Qal li l-pulizija kienet ilha issewgi l-pass ta’ Fenech, fejn arrestatu meta kien fuq il-jott tiegħu.
Matul dawn il-ħdax-il ġurnata huwa ġie Arrestat ħames darbiet u ingħata l-police bail erba’ darbiet.
Il-Maġistrat Demicoli ordnat sabiex Fenech jinżamm arrestat fil-Faċilità korettiva ta’ Kordin.
Issa fil-jiem li ġejjien ser tkun qiegħda tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda.
Fl-awla numru disgħa kien hemm preżenti l-familja ta’ Caruana Galizia li qegħdin jiġu assistiti mill-avukati u d-deputati nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.
http://www.one.com.mt/2019/11/30/dirett-yorgen-fenech-jitressaq-il-qorti-brabta-mal-qtil-ta-dcg/