L-attakk fuq il-London Bridge ma kienx l-ewwel reat terroristiku li wettaq – One News

Notifiki

L-attakk fuq il-London Bridge ma kienx l-ewwel reat terroristiku li wettaq

Ir-raġel li wettaq l-attakk b’sikkina fuq il-‘London Bridge’ kien diġa instab ħati b’reati terroristiċi lura fl-2012.

Huwa kien ingħata l-permess biex joħroġ mill-ħabs lura f’Diċembru tal-2018 u issa se jkunu qed isiru investigazzjonijiet sabiex jistabilixxu kif Usman Khan ta’ 28 sena spiċċa wettaq dan l-attakk.

L-attakk b’sikkina ħasad il-ħajja ta’ raġel u mara filwaqt li ħalla tlieta oħra feruti.

Khan inqatel ukoll mill-pulizija wara li persuni pajżana li kienu fuq il-post irnexxielhom iżommuh.

Iktar tard il-pulizija iddikjarat dan l-attakk bħala wieħed terroristiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend