DIRETT: YORGEN FENECH JITRESSAQ IL-QORTI B’RABTA MAL-QTIL TA’ DCG – One News

Notifiki

DIRETT: YORGEN FENECH JITRESSAQ IL-QORTI B’RABTA MAL-QTIL TA’ DCG

Is-Sibt filgħaxija n-negozjant Yorgen Fenech tressaq il-Qorti akkużat bl-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fenech tressaq il-Qorti akkumpanjat minn numru kbir ta’ Pulizija mit-taqsima tal-investigazzjonijiet kriminali fejn ftit qabel it-20:00 deher dieħel il-Qorti ġewwa l-vann tal-Pulizija. Hawn taħt tista ssegwi minuta b’minuta ta’ dak li jkun għaddej fl-awla.

20:22- Skortat mill-Pulizija tas-CID, Fenech ġie mmanetjat u mistenni jerġa’ jitniżżel fil-vann tal-Pulizija sabiex minn hemm jittieħed fil-ħabs ta’ Kordin.

20:20- Il-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li għalissa Fenech se jinżamm fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin sakemm il-każ        ikompli jinstema.

20:19- Id-difiża ma talbitx għal ħelsien mill-arrest u qed tirriżerva dan id-dritt għal stadju ulterjuri.

20:18- Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża sabiex jiġu ffriżati l-assi ta’ Fenech.

20:15- Taħt ġurament il-prosekuzzjoni spjegat li fl-20 ta’ Novembru li għadda l-Pulizija arrestat lil Fenech wara li waqqfitu fuq id-dgħajsa tiegħu ftit tal-ħin wara li telqet minn Portomaso. Il-prosekuzzjoni spjegat li dan seħħ wara li f’parti mill-investigazzjoni tagħha l-Pulizija kienet qed issegwi lil Fenech.

20:12- Yorgen Fenech wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

20:10- Keith Arnaud, wieħed mill-prosekuturi tal-każ qara l-akkużi kollha li l-Pulizija qed takkuża lil Fenech bihom.

20:09- Id-difiża ma kkontestatx l-arrest ta’ Yorgen Fenech.

20:07- Id-difiża mmexxija mill-Avukati Marion Camilleri, mill-uffiċċju ta’ Franco Debono, u l-Avukat Gianluca Caruana Curran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend