Trump jagħmel żjara lis-suldati Amerikani fl-Afghanistan – One News

Notifiki

Trump jagħmel żjara lis-suldati Amerikani fl-Afghanistan

Għall-ewwel darba l-President tal-Amerika, Donald Trump żar it-truppi Amerikani fl-Afghanistan, fil-festa ta’ ‘Thanksgiving’. Trump mar f’Bagram fejn iltaqa’ mas-suldati u tahom id-dundjan. Huwa ltaqa’ wkoll mal-President tal-Afghanistan Ashraf Ghani.

Trump ħabbar li t-Talibani jridu jilħqu ftehim mal-Amerika sabiex din il-gwerra tiġi fi tmiemha. Għal dan il-għan l-Amerika se tnaqqas it-truppi tagħha minn dan il-pajjiż.

Bħalissa hemm 13,000 suldat fl-Afghanistan li ilhom hemm sa minn meta seħħ l-attakk tat-Twin Towers fid-11 ta’ Settembru tal-2001.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend