Malta bir-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fl-UE – One News

Notifiki

Malta bir-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fl-UE


Komplew jonqsu n-nies jirreġistraw għax-xogħol; b’ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT, juru li f’Ottubru li għadda, Malta kellha r-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea.

Minn 3.6% f’Ottubru tas-sena l-oħra, il-qgħad f’pajjiżna niżel għal 3.4% x-xahar li għadda.

Din ir-rata hija ferm inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rata medja ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 6.3%, filwaqt li dik fiż-żona ewro kienet ta’ 7.5%.

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena baqa’ l-istess bħal sena ilu u jinsab mal-pajjiżi bl-inqas rati.

Fil-fatt pajjiżna għandu s-sitt l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea fejn jidħol il-qgħad fost żgħażagħ li għandhom 25 sena jew inqas.

Intant, il-pajjiżi li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn ta’ Malta kienu r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u l-Polonja, filwaqt li l-ogħla rati ta’ qgħad kienu osservati fil-Greċja, Spanja u l-Italja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend