Ma hu minnu xejn li l-Kabinett, jew parti minnu, esprima nuqqas ta’ fiduċja fil-Prim Ministru – One News

Notifiki

Ma hu minnu xejn li l-Kabinett, jew parti minnu, esprima nuqqas ta’ fiduċja fil-Prim Ministru

Rapporti fil-mezzi tax-xandir lokali dwar nuqqas ta’ fiduċja mill-Kabinett fil-Prim Ministru ma huma xejn ħlief invenzjoni totali.

Fi stqarrija, il-uffiċċju tal-Prim Ministru qal li bil-kontra ta’ dak li ġie rrapurtat mingħajr ebda verifika, fl-ebda ħin tal-laqgħa tal-Kabinett ma lanqas biss issemma dan il-punt. Kif diġà ntqal fil-konferenza tal-aħbarijiet kmieni dalgħodu, il-Kabinett tlaqqa’ lbieraħ biex jiddiskuti talba għal maħfra Presidenzjali u pariri relatati mogħtija mill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Ingħad li l-unika fatt huwa li, tlett ijiem ilu, il-Kabinett kif ukoll il-Grupp Parlamentari tal-Gvern kollu ta vot sigriet u unanimu ta’ fiduċja fil-Prim Ministru.

Dr Muscat se jibqa’ ffukat fuq il-prijorità tal-pajjiż li jagħlaq wieħed mill-ikbar każijiet kriminali fl-istorja tiegħu u, kif wiegħed, ikun biss f’dak il-mument li jwieġeb u jitkellem dwar it-triq ‘il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. veru li mit 2000 sa 2010 passat imma it timbru hemm sa jibqa,,, zmien li kien iebes ghal maltin bl skuza ta riccesjoni…nistaqsi mela kif kollha saru miljunarji…??????nixtieq twegiba.. meta kollha haxnu il but..dan li jidher..min jaf kemm flus harbu barra.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend