AĠĠORNATA: il-Pulizija Ingliża toqtol lill-aggressur fuq il-‘London Bridge’ – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: il-Pulizija Ingliża toqtol lill-aggressur fuq il-‘London Bridge’

Raġel inqatel mill-Pulizija Ingliża fuq il-London Bridge wara li deher miexi b’sikkina fost il-pubbliku. Huwa mifhum li s-susspettat attakka lil xi ħadd ieħor f’din iż-żona, filwaqt li l-uffiċjali Ingliżi qatlu lil aggressur.

Xhieda fuq il-post qed jgħidu li semgħu madwar għaxar tiri, li wara ġie rrapurtat li kienu mill-Pulizija Ingliża.

L-awtoritajiet evakwaw iż-żona ħdejn wieħed mill-aktar swieq poplari f’Londra dak ta’ Borough Market.
L-uffiċjali qalu li din iż-żona fiċ-ċentru ta’ Londra bħalissa hi maħkuma minn paniku, filwaqt li diversi pulizija qed jikkallmaw is-sitwazzjoni b’sigurtà stretta.

Ritratt: Mirror.co.uk

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend