Il-PM irċieva messaġġ li jekk ma jagħtix maħfra kien se jsemmih fix-xhieda – One News

Notifiki

Il-PM irċieva messaġġ li jekk ma jagħtix maħfra kien se jsemmih fix-xhieda


Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ irrapporta lill-Pulizija li rċieva messaġġ jgħid li jekk ma kienx se jirrakkomanda l-maħra presidenzjali, kienet se tingħata xhieda minn Yorgen Fenech biex jimplika li xi xhur ilu kellu żewġ telefonati miegħu.
Fi stqarrija, il-Prim Ministru ċaħad li qatt saru dawn it-telefonati u qal li dawn jistgħu jiġu faċilment ivverifikati.
Ingħad li l-Prim Ministru diġà qal li huwa ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech jew f’attività soċjali jew waqt laqgħa fir-rwol tiegħu bħala azzjonist ta’ waħda mill-akbar kumpaniji fil-pajjiż. Ingħad li din l-laqgħa seħħet fi Frar tal-2019.

L-istqarrija, żiedet tgħid li l-Prim Ministru rrifjuta talba inizjali għall-maħra presidenzjali minn Yorgen Fenech fuq parir li ngħata mill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kabinett irrifjuta talba oħra fuq l-istess parir li ngħata mill-awtoritajiet wara li l-Prim Ministru ħareġ mil-laqgħa tal-kabinett.

Żied jingħad li l-Prim Ministru mhux konxju ta’ ebda xhieda oħra li ngħatat, hekk kif irrapportat f’sezzjonijiet tal-midja, u ċaħad kull allegazzjonijiet li saret fir-raba’ verżjoni tax-xhieda wara li għat-tieni darba ġiet irrifjutata l-maħfra presidenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend