Fil-Messiku: Xabbatur Amerikan miet wara li waqa’ għoli ta’ madwar 90 sular – One News

Notifiki

Fil-Messiku: Xabbatur Amerikan miet wara li waqa’ għoli ta’ madwar 90 sular

Brad Goobright ta’ 31 miet waqa’ għoli ta’ madwar 90 sular waqt li kienet qiegħed jixxabbat ma’ sieħbu f’irdum fil-Messiku.

Aidan Jacobson li kien ma’ Gobright fil-ħin tal-inċident spjega li huma kienu qegħdin jixxabtu b’ħabel wieħed u jinżlu fuq kull naħa tal-ħabel. Dan billi jużaw il-piż ta’ xulxin.

Huwa spjega li huma waqgħu għal isfel, hekk kif semgħu ħoss ta’ xi ħaġa tfaqqa’. Jacobson irnexxielu jsalva minħabba li għadda minn ġo siġra u straħ fuq xifer li kien hemm fl-irdum. Iżda sfortunatament, Gobright baqa’ nieżel l-isfel.

Il-vittma kien magħruf minn bosta għal diversi sfidi li kien jagħmel fejn ġieli kien jixxabbat ma bosta rdumijiet mingħajr ma jkun marbut jew liebes ilbies protettiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend