BIL-FILMAT: Serbut twil ta’ nies għal ‘Black Friday’ – One News

BIL-FILMAT: Serbut twil ta’ nies għal ‘Black Friday’

Il-Ġimgħa filgħodu diversi stabbilimenti madwar il-gżejjer Maltin sabu jistennew wara biebhom kju twil ta’ persuni jistennew b’ħerqa liema bħalha sabiex jixtru diversi prodotti bi skont fi Black Friday.

ONE News żar stabbiliment fl-Imrieħel fejn l-ewwel membri tal-kju kienu ilhom jistennew il-ħin tal-ftuħ sa mit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu, ħames sigħat qabel il-ħin tal-ftuħ.

Din il-ġurnata li kull ma jmur qed issir aktar popolari fost il-Maltin rat il-bidu tagħha fl-Istati Uniti iżda matul is-snin daħlet sew ukoll f’diversi bliet kbar Ewropej.

Fost dawk li tkellmu magħna diversi sostnew li għażlu li jbakkru kmieni sabiex jilħqu l-prodotti li riedu bi skont u qabel ma jilħqu jinħatfu minn fuq l-ixkaffef. Uħud qalulna:

“Kellu bżonnu u xtrajtu issa jien. Kelli ċ-ċans u ġejt hawn. – Rigali għalija – Ġejt s’hawn. Niffranka xi ħaġa.”

Persuni oħra laqgħu l-fatt li l-Malti kull meta jkollu opportunità biex joħroġ jixtri jaħtafha, qaltilna: “Għad-discount hu. Ġejt nara l-għaks li nara li jgħidu li għandna. Għax ara fejn hu l-għaks, ħadd ma jista’ jidħol, ilni siegħa.”

Fi stqarrija, Abigail Mamo Kap Eżekuttiv tal-GRTU qalet li l-klijenti qed jirrispondu għall-offerti mħejjija minn negozjanti f’wieħed mill-aktar jiem importanti għan-negozji f’Malta.

Hija qalet li diversi stabbilimenti kienu mballati bin-nies sigħat qabel fetħu l-bibien tagħhom u stqarret li t-temp sabiħ u traffiku miexi sew komplew iħeġġu lin-nies sabiex joħorġu jixtru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend