BIL-FILMAT: Il-Kabinett iddeċieda b’mod unanimu li ma jirrakkomandax il-proklama lil Yorgen Fenech – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Kabinett iddeċieda b’mod unanimu li ma jirrakkomandax il-proklama lil Yorgen Fenech


Wara pariri mill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kabinett iddeċieda b’mod unanimu li ma jirrakkomandax il-maħfra Presidenzjali li talab Yorgen Fenech.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja fi tmiem laqgħa tal-Kabinett sbieħ il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif Fenech talab għall-maħfra Presidenzjali aktar minn darba, u kull darba l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija ma rrakkomandawx il-maħfra wara li semgħu l-verżjonijiet ta’ Fenech.

Il-Prim Ministru spjega li Yorgen Fenech għamel allegazzjonijiet fuq Keith Schembri li ġew investigati mill-Pulizija, u qal li l-Kabinett ġie nfurmat li kull allegazzjoni oħra li saret qed tiġi investigata b’mod attiv.

Dr Muscat stqarr: “Minħabba l-persuna implikata fl-allegazzjonijiet, ridt li din id-darba, id-deċiżjoni ma neħodhiex jien. Tlabt li jkun il-Kabinett li wara li jisma’ l-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija, jaqbel jew le ma’ dan il-parir.”

Il-Kabinett laqa’ r-rakkomondazzjoni dettaljata tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija, jiġifieri li m’hemmx raġunijiet suffiċjenti biex tinħareġ il-maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech.

Il-Prim Ministru sostna: “Il-Kabinett hu konxju li sadanittant, il-President tar-Repubblika rċieva ittra bit-tielet talba għall-maħfra mingħand is-Sur Fenech fejn dan talab li l-parir ma jingħatax mill-Kabinett. Inħallu d-deċiżjoni fir-rigward ta’ din l-ittra u l-validità kostituzzjonali tal-mekkaniżmu propost f’idejn il-President.”

Il-Prim Ministru temm jgħid li l-Gvern huwa kommess li kollox ikun investigat bil-mezzi kolha possibbli, u rrimarka li mhux se jwieġeb mistoqsijiet speċifiċi qabel jintemmu l-investigazzjonijiet, hekk kif xogħlu hu li dan il-każ jiġi magħluq.

Dr Muscat tenna: “Il-Gvern huwa kommess li kull informazzjoni dwar allegati illegalitajiet jiġu investigati bil-mezzi kollha possibbli. Xogħli hu dak li dan il-każ jiġi magħluq under my watch.”

Ara l-konferenza tal-aħbarijiet sħiħa li saret f’Kastilja sbieħ il-Ġimgħa:

Konferenza tal-aħbarijiet mill-PM wara laqgħa tal-Kabinett

Konferenza tal-aħbarijiet mill-PM wara laqgħa tal-Kabinett

Geplaatst door ONE.com.mt op Donderdag 28 november 2019

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *