Sejħa urġenti għad-demm – One News

Notifiki

Sejħa urġenti għad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm qed jagħmel appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm.

L-appell qed ikun b’mod partikolari għad-demm tat-tip O Positive. F’kitba fuq Facebook, is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm qal li qed jagħmel dan l-appell wara li l-Erbgħa filgħaxija kien hemm każ partikolari fejn intuża ħafna demm. B’konsegwenza li l-ħażna tad-demm O Positive niżlet drastikament.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm jinsab ikunu miftuħin kuljum inkluż Ħdud u festi pubbliċi mit-8 ta’ filgħu sas-6 ta’ filgħaxija ħdejn l-isptar San Luqa. Wieħed għandu jieħu miegħu l-kartà tal-identità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend