Malta bl-ikbar qabdiet ta’ droga kokaina u kannabis – One News

Notifiki

Malta bl-ikbar qabdiet ta’ droga kokaina u kannabis


Malta hija fost il-pajjiżi li għamlet l-ikbar qabdiet ta’ droga kokaina u kannabis.  Dan joħro mir-rapport ewropew dwar is-suq tad-droga maħruġ mill-Europol u ċ-Ċentru ewropew għall-moniteraġġ għad-droga.

Ir-rapport li joħroġ kull tliet snin jagħti stampa ċara dwar is-suq tad-droga illeċita madwar l-Ewropa.

Ir-rapport juri li matul fl-elfejn u sbatax Malta flimkien ma’ sitt pajjiżi oħra Ewropej għamlu total ta’ 1483 qabda ta’ droga kannabis.  Din kienet tammonta għal 50 tunnellata li nstabu maħżun fi 18,000 pakkett.

Ir-rapport ewropew juri kif r-rezina tal-kannabis tiddaħħal fl-Ewropa mill-Marokk, l-Afghanistan, l-Albanija u l-Libanu. Ir-rapport jinnota kif it-traffikanti jippruvaw jgħaddu d-droga minn portijiet żgħar bħal ta’ Malta. Fil-fatt, ħdax il-tunnellata ta’ reżina tal-kannabis kienu ġejjin mil-Libanu u nqabdu fil-Port Ħieles is-sena li għaddiet.

Dan huwa qbid importanti hekk kif ir-rapport juri li r-reżina tal-kannabis mil-Libanu qed tkompli tilħaq is-suq Ewropew.

Dwar il-qbid tal-kokaina, Malta wkoll issemmiet flimkien mal-Lussemburgu bħala pajjiż li kellha fost l-ikbar qabdiet meta tieħu kont id-daqs żgħir tal-pajjiż.

Ir-rapport kompla jispjega li mis-sena għall-2005 sas-sena 2017 kien hemm żieda sostanzjali fil-kwantità ta’ droga kokaina li ntbagħtet mill-Amerika t’Isfel lejn il-portijiet żgħar fl-Ewropa, fosthom Malta u Vissingen fl-Olanda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend