Madonna tħassar tliet kunċerti minħabba uġigħ kbir – One News

Notifiki

Madonna tħassar tliet kunċerti minħabba uġigħ kbir

Il-kantanta famuża Madonna ħasret tliet kunċerti tagħha f’Boston, minħabba uġigħ kbir. Dan qalitu Madonna stess f’kitba fuq Facebook u hija qalet lis-segwaċi tagħha biex jiskużawha.

Fil-kitba tagħha hija kompliet tgħid li hija tieħu gost tagħmel il-kunċerti kull filgħaxija, iżda minħabba l-uġigħ li għandha u minħabba l-ordni tat-tabib hija se jkollha tħassar dawn it-tliet kunċerti.

Il-kantanta ma qalitx x’inhi l-kundizzjoni medika tagħha. F’dan l-aħħar xahar, il-kantanta f’San Francisco qalet li hija kellha uġigħ f’irkuptejha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend