L-istħarriġ pubbliku juri li Boris Johnson se jkollu maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali – One News

Notifiki

L-istħarriġ pubbliku juri li Boris Johnson se jkollu maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali

Skont stħarriġ tal-fehma publika riċenti, il-partit konservattiv  immexxi minn Boris Johnson huwa mistenni li jirbaħ l-elezjoni ġenerali tal-Ingliterra bi stima ta’ maġġoranza kurrenti ta’ 68%.

Sabiex partit ikollu maġġoranza u jitla’ fil-Gvern partit għandu bżonn total ta’ 326 siġġu. Skont l-istħarriġ li sar, il-Partit Konservattiv immexxi minn Boris Johnson huwa mistenni li jirbaħ 359 siġġu filwaqt li l-Partit Laburista immexxi minn Jeremy Corbyn huwa mistenni li jirbaħ 211-il siġġu biss.

Fl-istess jum li r-riżultati ta’ dan l-istħarriġ tal-fehma pubblika ġie ppublikat, il-Partit Laburista ddeċieda li jbiddel l-istarteġija għall-elezzjoni ġenerali li tinsab ġimagħtejn biss ‘il bogħod.

B’tama li r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali fit-12 ta’ Diċembru jkun wieħed sodisfaċenti, il-Partit Laburista tal-Ingilterra ddeċieda li jagħti iktar importanza rigward Brexit u jiffoka wkoll fuq affarijiet li jgħaqqdu lil votanti aktar mal-partit.

Stħarriġ tal-fehma pubblika li għamel il-Partit Laburista, wera li din il-bidla fl-istrateġija kienet parzjalment ta’ suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend