F’Malta qed taħdem ir-rule of law… sieħeb Casa jaqla’ ħasla fil-Parlament Ewropew – One News

Notifiki

F’Malta qed taħdem ir-rule of law… sieħeb Casa jaqla’ ħasla fil-Parlament Ewropew


Il-President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, Iratxe García Pérez, tkellmet kif ir-rule of law taħdem meta jittieħdu l-proċeduri legali li hemm bżonn u kif hekk qed jiġri f’Malta.

Hi qalet dan wara li Manfred Weber, il-President tal-Partit Popolari Ewropew u ħabib kbir ta’ David Casa u Simon Busuttil, qam jitkellem kontra Malta fil-Parlament Ewropew.

Hawn kienet ċara ħafna l-MEP Spanjola li qalet kif il-grupp kollu tal-S&D jrid li tkun magħrufa l-verità kollha u ssir ġustizzja.

“Il-grupp tal-S&D dejjem kien, għadu u jibqa’ fuq in-naħa tar-rule of law. Dejjem hekk kien mingħajr ma nagħżlu meta jaqblilna,” qalet il-President tal-S&D li tkellmet dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

“Ir-rule of law qiegħda taħdem meta s-suspettati jkunu arrestati u proċeduri legali mnedija u dak li ġara f’Malta fl-aħħar ġimgħa.”

“Suspettat kien arrestat u hemm proċeduri legali għaddejjin,” qalet García Pérez. Hawn saħqet li l-Parlament irid jirrispetta l-proċeduri legali u mhux jinterferixxi.

Hawn il-President tal-S&D saħqet li riedet tikkjarifika li l-grupp tagħha dejjem kien fuq in-naħa tal-verità u tal-ġustizzja.

“Oħrajn iridu jkunu konxji tal-fatt li ma tistax tagħżel meta jaqbillek li tkun fuq in-naħa tar-rule of law,” temmet tgħid bi kliem iebes fil-konfront ta’ Weber li żiedet tgħidlu li ma jistax jibqa’ jagħżel il-verità u l-ġustizzja meta jaqbillu u kollha jridu jkun responsabbli għal dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend