AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur f’qagħda gravi wara impatt ma’ karozza fl-Imdina – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur f’qagħda gravi wara impatt ma’ karozza fl-Imdina

Sewwieq ta’ mutur ġarrab ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma’ karozza fl-Imdina.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra ta’ filgħaxija fi Triq Tal-Infetti, fl-Imdina.

L-impatt seħħ bejn karozza ta’ tip Ford misjuqa minn Indjan ta’ 23 sena residenti l-Imsida u mutur ta’ tip Peugot Tweet misjuq minn Taljan.

Fuq il-post immedjatament issejħet ambulabza b’tim medku li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei ghall-aktar kura.

Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend