97 skola ppremjati talli qarrbu lit-tfal lejn in-natura – One News

Notifiki

97 skola ppremjati talli qarrbu lit-tfal lejn in-natura

Total ta’ 97 skola madwar Malta u Għawdex iċċelebraw il-kisbiet eċċezzjonali li qed jagħmlu fil-ħidma tagħhom biex iqarrbu lit-tfal lejn in-natura permezz tal-programm ta’ edukazzjoni ambjentali Dinja Waħda ta’ BirdLife Malta li huwa mifrux fost l-istudenti tal-etajiet kollha fl-iskejjel mill-Kinder sas-Sekondarja.

Għall-ewwel darba din is-sena saret ċelebrazzjoni waħda li kopriet l-etajiet u liskejjel kollha hekk kif fiċ-Ċentru tax-Xjenza Internattiva Esplora fil-Kalkara saret iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tal-programm Dinja Waħda 2019. Issuċċessi ta’ xejn inqas minn 92 skola Primarja u ħames skejjel Sekondarji u Middle Schools tul l-aħħar sena skolastika ġew rikonoxxuti matul dan l-avveniment annwali.

Fis-settur tal-Primarja 64 skola ġew ippremjati b’gold awards, tliet skejjel irċivew silver awards, sitt skejjel ħadu bronze awards u 19-il skola ngħataw ċertifikat. Tliet skejjel ingħataw għall-ewwel darba l-blue banner – award għal skejjel li jkunu rebħu l-gold award għal tliet snin wara xulxin, waqt li 40 skola żammew il-blue banner.

Fis-settur tas-Sekondarja, żewġ skejjel rebħu gold award, waqt li seba’ skejjel kienu ppremjati bi bronze awards. F’dan il-każ il-programm jikkonsisti fi tliet kategoriji differenti: “Azzjoni għall-Bijodiversità”, “Nersqu lejn in-Natura”, u “Inwasslu l-Għarfien”, bl-iskejjel li jipparteċipaw jiġu ppremjati għall-inizjattivi
li jkunu ħadu f’kull waħda minn dawn il-kategoriji. L-awards ikunu bbażati fuq limpenn li jedukaw dwar il-bijodiversità u s-sostenibbiltà.

Il-premjijiet tqassmu lill-iskejjel mill-President ta’ BirdLife Malta Darryl Grima, l-Education Manager ta’ BirdLife Malta Sarah Brady u Charles Azzopardi, Executive PR & Marketing tal-Bank of Valletta (BOV). Rappreżentanti tal-iskejjel kollha li jipparteċipaw f’Dinja Waħda fosthom studenti, għalliema u kapijiet ta’ skejjel flimkien ma’ uffiċjali edukattivi oħrajn kienu preżenti. Minbarra li ċċelebrat is-suċċess tal-involviment tal-iskejjel matul l-aħħar sena skolastika (2018-2019), iċ-ċerimonja fissret ukoll il-bidu ta’ sena ġdida (2019-2020) ta’ ħidma f’din l-inizjattiva.

L-inizjattiva Dinja Waħda ta’ BirdLife Malta tifforma parti mill-impenn tal-eNGO biex tħares in-natura u l-ħabitati permezz ta’ attivitajiet barra mill-klassi għattfal tal-iskejjel kemm fil-grawnds tal-iskola stess kif ukoll bi żjarat edukattivi firriservi naturali biex tgħinhom jirrelataw aktar man-natura. Il-programm jitmexxa b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għat-Tagħlim u l-Assessjar u għandu l-appoġġ tal-Bank of Valletta. Ilu għaddej aktar minn 20 sena.

Matul iċ-ċerimonja li saret aktar kmieni din il-ġimgħa, u li ħadet xejra differenti minn tal-aħħar snin b’attivitajiet interattivi fi gruppi għal aktar minn 200 student u għalliem li attendew, BirdLife Malta inawgurat ukoll fl-Esplora l-aħħar minn sensiela ta’ hekk imsejħa Ġonna Dinja Waħda, post li issa se jkun miftuħ għal dawk kollha li jżuru dan iċ-ċentru. Permezz tal-inizjattiva Ġonna Dinja Waħda, BirdLife Malta tipprovdi spazji miftuħa fil-grawnds tal-iskejjel li joffru opportunitajiet eċċellenti għat-tfal biex jirrelataw man-natura. Tfal li kienu preżenti għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni kellhom ukoll iċ-ċans jesploraw diversi esebizzjonijiet li għaddejjin fl-Esplora.

F’kummenti dwar l-awards ta’ din is-sena, l-Education Manager ta’ BirdLife Malta Sarah Brady qalet: “Aħna kburin bl-iskejjel imsieħba fil-programm Dinja Waħda u x-xogħol eċċellenti li wettqu tul l-aħħar sena skolastika. Bis-saħħa taddedikazzjoni u l-impenn min-naħa tal-għalliema u t-timijiet tat-tmexxija fl-iskejjel, it-tfal jingħataw l-opportunità li jitgħallmu u jersqu eqreb lejn in-natura – xi ħaġa li tgħinhom jibnu relazzjoni mal-ambjent li tkun aħjar minn dik li għandna llum”.

L-Executive PR & Marketing tal-BOV Charles Azzopardi żied jgħid: “Bħala l-Bank lokali ta’ Malta, huwa obbligu u responsabbiltà tagħna li nappoġġjaw il-ħarsien tal-ambjent. Aħna nemmnu li wieħed mill-aħjar metodi kif dan jista’ jsir hu billi nedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, u dan huwa preċiżament dak li l-programm Dinja Waħda tant qed iħabrek biex jagħmel. Flimkien nistgħu nagħtu s-setgħa lit-tfal tagħna biex ikollhom rwol ewlieni fil-ħarsien tad-dinja li jridu jgħixu fiha għada”.

BirdLife Malta tixtieq twassal l-awgurju tagħha lill-iskejjel kollha li pparteċipaw għall-ħidma qawwija li wettqu tul din is-sena, waqt li tixtieq trodd ħajr b’mod speċjali lill-koordinaturi tal-programm Dinja Waħda li jaraw li l-programm jitħaddem fl-iskejjel u jassistu lill-għalliema b’mod volontarju. Mingħajrhom, ittfal ma jkunux jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet, l-għerf u l-valuri biex iħarsu l-ambjent, liema ħiliet jakkwistawhom bis-saħħa tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm Dinja Waħda.

Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lill-Bank of Valletta tal-appoġġ tiegħu bħala ssieħeb edukattiv tal-programm u liċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva Esplora talli ospita din iċ-ċerimonja importanti għall-ewwel darba u pprovda dan il-post millisbaħ għall-avveniment ta’ din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend