Mara ta’ 59 sena minn Santa Luċija tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofriet xi ġrieħi meta waqgħet it-traraġ f’darha. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30 tal-Erbgħa filgħodu fid-dar tal-mara fi Triq il-Kaħwiela, Santa Luċija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed isoffri minn ġrieħi serji u tinsab fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.