Il-POU tikkundanna wkoll il-vjolenza fuq il-pulizija – One News

Notifiki

Il-POU tikkundanna wkoll il-vjolenza fuq il-pulizija

Il-Police Officers Union ikkundannat il-vjolenza użata fuq il-pulizija waqt protesta li saret ilbieraħ minn Occupy Justice u Repubblika.

F’din il-protesta, wieħed mid-dimostranti nqabad ixejjer daqqa ta’ ponn lil pulizija li kien qed jipprova jikkontrolla s-sitwazzjoni.

Il-‘POU’ saħqet li hija taqbel mad-dritt Kostituzzjonali li individwu jipprotesta. Madankollu qalet li ma tittollerax li jkun hemm min jabbuża minn dan id-dritt u juża l-vjolenza fuq il-pulizija.

L-istqarrija kompliet b’appell sabiex kull persuna li tuża vjolenza fuq pulizija titressaq il-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend