Yorgen jerġa’ jingħata l-‘police bail’ taħt sorveljanza stretta – One News

Notifiki

Yorgen jerġa’ jingħata l-‘police bail’ taħt sorveljanza stretta


It-Tlieta waranofsinhar in-negozjant Yorgen Fenech reġa’ ngħata l-police bail skont il-liġi u se jibqa’ taħt sigurtà stretta tal-Pulizija.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li matul l-aħħar sigħat issoktaw l-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

It-Tlieta waranofsinhar in-negozjant Yorgen Fenech reġa’ ngħata l-police bail skont il-liġi.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li matul l-aħħar sigħat issoktaw l-investigazzjonijiet dwar l-qil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Qalet li peress li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, Yorgen Fenech, li qed ikun mitkellem mill-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ, ingħata l-police bail u qed jibqa’ jinżamm taħt sigurtà stretta.

Il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u Tlieta filgħodu kien lejl twil ta’ investigazzjonijiet għall-investigaturi ewlenin.

Il-pulizija għamlet sigħat twal fil-jum tat-Tnejn tinterroga lin-negozjant Yorgen Fenech, liema interrogazzjoni kompliet fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu.

Bil-pulizija it-tlieta filgħodu fil-kwartieri ġenerali tagħha interrogat aktar persuni. Fosthom ġie mitkellem mill-pulizija l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Yorgen Fenech ġie arrestat għat-tielet darba f’ħamest ijiem l-Ħadd waranofsinhar.

Huwa qed jiġi interrogat mill-Kap tal-iskwadra tal-omiċidji u l-investigatur ewlieni fil-qtil ta’ Daphne  Caruana Galizia, l-ispettur Keith Arnaud, mgħejjun mill-ispettur Kurt Zahra.

Fenech qigħed jiġi interrogat ukoll mill-Assistent Kummissarju Ian Abdila dwar allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.

L-ewwel darba li Yorgen Fenech ġie arrestat kien l-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra.

Huwa ġie arrestat wara li pprova joħroġ minn Malta permezz tal-jott tiegħu u ġie interċettat mill-forzi Armati ta’ Malta fuq il-baħar qrib Pembroke.

Il-pulizija ilha sentejn sħaħ tinvestiga dan il-każ, bl-għajnuna tal-FBI u l-Europol.

B’50 jum wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-pulizija arrestat tliet persuni u ġew mixlija bħala l-eżekuturi f’dan il-każ.

Dawn għadhom qegħdin jinżammu arrestati fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Intant, Melvin Theuma li ngħata l-maħfra presidenzjali, mistenni jixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat il-Ġimgħa li ġej.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend