Tifla ta’ 11-il sena ssofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’San Pawl il-Baħar – One News

Tifla ta’ 11-il sena ssofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’San Pawl il-Baħar

Tifla ta’ 11-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Pawl il-Baħar it-Tlieta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, meta t-tifla ttajret minn karozza tal-għamla Opel, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li kif waslet fuq il-post sabet lill-karozza wieqfa f’nofs ta’ triq, bit-tifla bilqegħda fuq il-bankina b’xi ġrieħi f’saqajha.

It-tifla ttieħdet għalll-kura l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *