AĠĠORNATA: Il-provvista tad-dawl reġgħet ġiet lura għan-normal b’mod sħiħ – One News

AĠĠORNATA: Il-provvista tad-dawl reġgħet ġiet lura għan-normal b’mod sħiħ

Ħsara li żviluppat fl-interconnector wasslet għall-qtugħ fil-provvista tal-elettriku madwar Malta u Għawdex.
Fi stqarrija, il-kumpanija Enemalta qalet li l-ħsara fl-interconnector żviluppat fuq in-naħa ta’ Sqallija. Qalet li din il-ħsara kkważat qtugħ estensiv fil-provvista tal-elettriku.

L-Enemalta qalet li bil-ħidma bla waqfien tal-Inġiniera u tekniċi tal-kumpanija, il-provvista tad-dawl reġgħet ġiet lura għan-normal b’mod sħiħ ftit wara is-6.00pm.

L-Enemalta, ħabbret ukoll li b’mod immedjat, ħatret inkjesta interna sabiex tistabbilixxi l-fatti kollha li waslu għal din is-sitwazzjoni.

Il-kumpanija skużat ruħha mal-pubbliku għal kull inkonvenjent u tirringrazzja lil dawk il-ħaddiema kollha involuti li ħadmu bla heda biex il-provvista tal-elettriku tiġi lura fl-inqas ħin possibli.

Intant fi stqarrija separata, il-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma għarrfet lin-nies li l-infrastruttura tagħha ma kinitx qed tiffunzjona minħabba qtugħ fis-sistema tal-provvista tal-elettriku madwar Malta.
Qal li kawża ta’ dan, seta’ kien hemm xi pressa baxxa f’xi żoni kif ukoll interruzzjonijiet tas-servizz tal-ilma/

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *