Erba’ jmutu wara li terremot laqat l-Albanija – One News

Notifiki

Erba’ jmutu wara li terremot laqat l-Albanija

Minn tal-anqas sittax-il persuna mietu u mas-600 oħra ndarbu wara li terrmot qawwi laqat l-Albanija. It-terremot kellu qawwa ta’ 6.4 fuq l-Iskala Richter, bl-epiċentru jkun mas-36 kilometru ‘l barra minn Tirana.

Aktar minn 300 persuna qed jingħataw il-kura f’diversi sptarijiet madwar il-pajjiż. L-uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ hekk kif mijiet ta’ residenti għadhom irrapportati nieqsa.

Fuq il-midja soċjali l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern tal-Albanija qal li waqt dawn l-operazzjonijiet kważi tletin ruħ ittellgħu ħajjin minn taħt it-terrapien. Spjega li l-Gvern qed jaċċetta għajnuna minn pajjiżi oħra fosthom l-Italja u l-Greċja. Fl-istess ħin qed ikun irrapportat li qawwiet Ewropej oħra wkoll qed joffru l-għajnuna lill-Gvern.

Il-Bożnja u Herzegovina wkoll intlaqtu minn terremot it-Tlieta filgħodu li kejjel 5.4 fuq l-iskala Richter.

It-terremot tas-26 ta’ Novembru qiegħed jitqies bħala l-agħar wieħed li laqat lill-pajjiż fl-aħħar għexieren ta’ snin.

Mhux eskluż li n-numru ta’ persuni mejta, midruba jew nieqsa jiżdeid fis-sigħat li ġejjin.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend