Pruvaw jgħidu li għamel suwiċidju biex jgħattu l-kundizzjoni tax-xogħol ħżiena – One News

Pruvaw jgħidu li għamel suwiċidju biex jgħattu l-kundizzjoni tax-xogħol ħżiena


Il-kumpanija tal-kostruzzjoni ‘Polidano Brothers’ ġiet ordnata tagħti kumpens ta’ kważi €600,000 lil familja ta’ ħaddiem wara li fl-2009 waqa’ f’barriera. Quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale, il-kumpanija saħqet li l-ħaddiem ta’ 32 sena kien wettaq suwiċidju.

Iżda l-imħallef warrab dan l-argument wara li sema’ l-kundizzjonijiet li kienu jaħdmu fihom il-ħaddiema.
Meta taw ix-xhieda tagħhom diversi ħaddiema saħqu li ftit li xejn kienu jilbsu ilbies protettiv.

Il-Qorti saħansitra ddeskriviet l-argument ta’ suwiċidju bħala invenzjoni u qal li kienet il-kumpanija ta’ kostruzzjoni li naqset milli timplimenta miżuri ta’ sigurtà.

Il-kumpens ngħata lwara li kienu ikkunsidrati l-età tar-raġel, il-fatt li kien jaqla’ l-għajxien ewlieni tal-familja u l-età ta’ bintu li kien għad għandha biss 7 snin meta dan tilef ħajtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *