Fl-Awstralja: Mietu wara li ommhom ħalliethom fil-karozza – One News

Notifiki

Fl-Awstralja: Mietu wara li ommhom ħalliethom fil-karozza

Żewġt ibniet tilfu ħajjithom wara li omm ħalliethom fil-karozza f’temperaturi għoljin fl-Awstralja.

Kerri-Ann Conley ta’ 27 sena tressqet il-Qorti fejn ġiet mixlija li nhar is-Sibt ħalliet liż-żewġ uliedha li għandhom sena u sentejn rispettivament. Il-każ seħħ fi Queensland. S’issa għadu ma ġiex stabbilit kemm it-tfal kien ilhom fil-karozza.

Il-Pulizija qed targumenta li ż-żewġt ibniet kienu esposti għal temperaturi sħan. Fil-fatt temperaturi fir-raħal ta’ Brisbene qabżu l-31 grad celcius.

L-omm hija l-ewwel persuna fl-istat ta’ Queensland li qed tiġi akkużata b’omiċidju wara li dan l-istat espanda d-definizzjoni ta’ omiċidju.

Fil-pussess ta’ Conley instabu wkoll oġġetti li huma relatati mat-teħid tad-droga. Il-midja Awstraljana qed tirrapporta li t-tfal kienu magħrufa sew mas-servizzi soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend