Eġizzjan se jiġi deportat wara li ffalsifika timbru – One News

Notifiki

Eġizzjan se jiġi deportat wara li ffalsifika timbru

Eġizzjan ingħata sentenza ta’ 6 xhur ħabs u ġie ordnat biex wara li jiskonta s-sentenza jiġi deportat.

Dan wara li ammetta li pprova jidħol f’Malta b’passaport b’timbru falz.

Amin Khairy Mohamed Mahmoud Soultan kien arrestat fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta minn titjira minn Kajr fejn huwa ppreżenta passaport b’timbru ta’ visa Taljana falza.

Ġie mixli b’falsifikazzjoni ta’ visa, użu ta’ dokumenti ffalsifikati u li kien fil-pussess ta’ dokumentazzjoni tal-immigrazzjoni ffalsifikat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend