Fi stqarrija l-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin informa lill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu li se jissospendi żewġ rappreżentanti tiegħu mill-Bord tat-Trustess tal-istess Fondazzjoni b’rabta mal-investigazzjonijiet pendenti dwar il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Kunsill informa lill-Fondazzjoni b’din id-deċiżjoni u rringrazzjaha tal-kollaborazzjoni u x-xogħol siewi li wettqet fl-imgħoddi fil-qasam tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna.