L-ebda student ma jiċċaħħad mill-edukazzjoni – One News

Notifiki

L-ebda student ma jiċċaħħad mill-edukazzjoni

Permezz ta’ assistenza minn ħaddiema soċjali u għajnuna f’affarijiet materjali, studenti li jinsabu f’riskju ta’ faqar qed jingħataw l-għajnuna biex in-nuqqasijiet materjali tagħhom ma jxekluhomx milli jkomplu bl-istudji tagħhom. 

Bosta riċerki juru  kif wieħed mill-aktar gruppi ta’ studenti żvantaġġjati li huma f’riskju ta’ povertà huma dawk li jfallu l-iskola regolarment. Minħabba f’hekk permezz tal-ħaddiema soċjali tal-iskejjel tal-istat, qed tingħata assistenza kontinwa u attenzjoni massima għal kull każ ta’ assenteiżmu.

Il-ħaddiema soċjali jibdew l-assessjar wara li jkun riferut student li jkun qed ifalli b’mod regolari, biex b’hekk jiġu identifikati r-raġunijiet wara l-assenteiżmu tiegħu, kif spjegat id-Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi Maria Mcnamara.

Hija stqarret: “Il-faqar x’inhu? Faqar ta’ priorità jew faqar fiżiku, finanzi, negliġenza, ġenituri li huma neqsin kemm b’mewt jew inkella għax xi ħadd mill-ġenituri kelli jitlaq mid-dar. Matul is-snin, l-iskejjel flimkien magħna dejjem ħadna ħsieb li nassistu lil dawn it-tfal għax fl-aħħar mill-aħħar dan jista’ jaffettwa l-attendenza tagħhom fl-iskola.”

Minn Jannar tal-2013, il-ħaddiema soċjali bdew ikollhom aċċess għall-pjattaforma diġitali li timmarka l-attendenza tal-istudenti li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji.

Studenti li minħabba problemi fil-familja qed jaffaċjaw diffikultajiet li jaffettwaw l-esperjenza edukattiva qed isibu għajnuna wkoll permezz ta’ skema li toffri fondi lil studenti li jinsabu f’diffikultà.  Din l-iskema mid-direttorat għal servizzi edukattivi tara li lil istudenti b’diffikultajiet finanzjarji tingħatalhom uniformi, ikla kuljum, jitħalsulhom il-ħarġiet tal-iskola, jitħallsulhom il-fotokopji u jingħatalhom l-materjal edukattiv neċessarju.  Dan filwaqt li jitħalsulhom ukoll attivitajiet extra-kurrikulari provduti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u SportMalta. L-istudenti tal-Kindergarten ukoll ġew offruti kotba għad-dar.  Dan kollu sabiex l-ebda nuqqas finanzjarju ma jwaqqaf lil istudenti milli jattendu u bħal sħabhom l-oħra jingħataw l-opportunità li jeċċellaw fl-edukazzjoni tagħhom.

“Aħna qegħdin ngħinu lil kull student fl-iskejjel tagħna, Malti, mhux Malti, kull min għandu l-ħtieġa qegħdin ngħinuh, kull student u studenta għandhom dritt u dmir li jitgħallem biex jagħmel ħajtu aħjar ’il quddiem”, sostniet Mcnamara.

Minnbarra dawn l-għajnuniet, Gvern Laburista qed jagħti l-opportunità lill-istudenti biex ipoġġu għall-eżamijiet kollha tal-MATSEC bla ħlas, filwaqt li kull student li jinsab f’riskju ta’ faqar huwa wkoll eliġġibli li jagħmel l-eżamijiet tal-ECDL bla ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend