In-negozjant Yorgen Fenech iddaħħal l-isptar mill-pulizija wara rapporti qalu li ħass uġigħ f’sidru.
Huwa qed jinżamm taħt superviżjoni stretta. Qed ikun rappurtat ukoll li Yorgen Fenech qed jitlob il-maħfra Presidenzjali.
Fenech għadu fil-kustodja tal-pulizija b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Yorgen Fenech kien arrestat nhar il-Erbgħa kmieni filgħodu wara li deher ħiereġ bil-jott minn Portomaso.
Huwa ġie interċettat mill-Forzi Armati ta’ Malta fuq il-baħar viċin Pembroke u minn hemm ttieħed lura fejn wara ttieħed lejn id-Depot għall-interrogazzjoni.
Fil-ħin ta’ qabel skadew l-ewwel tmienja u erbgħin siegħa, Fenech ingħata l-police bail taħt superviżjoni stretta tal-pulizija.
Imbagħad il-Ġimgħa filgħodu, Yorgen Fenech reġa’ nġabar mill-pulizija għall-aktar interrogazzjonijiet.