Matul il-jum tas-Sibt il-pulizija qiegħda tkompli għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, fejn qed tkompli għaddejja b’interrogazzjonijiet kemm man-negozjant Yorgen Fenech, kif ukoll mas-suspettat middleman.
Siegħat li huma krucjali għall-investigaturi.
Yorgen Fenech għadu qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
L-investigaturi ewlenin jinsabu għaddejjin b’ħidma intensiva sabiex jiġbru l-evidenza kollha meħtieġa.
Filfatt, is-suspettat middleman, raġel ta’ 41 sena, sa issa tkellem biss mal-investigaturi li qed jiġbru l-evidenza taħt il-kappa tal-inkjesta. Minkejja li għadha m’għaddiet l-ebda informazzjoni lill-ebda maġistrat.
Fil-jum tal-Ġimgħa apparti interrogazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali, il-ħidma tal-pulizija kienet iffukkata ukoll fil-marina ta’ Portomaso fejn fil-presenza ta’ Yorgen Fenech għamlu tfittxijiet fil-jott ta’ Fenech li ġie arrestat fuqu l-Erbgħa filgħodu.