Wara snin jattakka l-istituzzjonijiet, il-Partit Nazzjonalista issa donnu mhux kuntent li l-poplu Malti u Għawdxi qed jerġa’ jara li dawn l-istituzzjonijiet qed jiskbu r-riżultati.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista lanqas f’mumenti sensittivi mhu kapaċi jqum għall-okkażjoni u jaġixxi ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. F’mumenti delikati jrid biss jagħmel argumenti politiċi partiġjani u li jistgħu ifixklu l-investigazzjonijiet. Dan filwaqt li ma jridx lill-Prim Ministru jkellem il-mezzi tax-xandir.
Adrian Delia għandu jifhem li ma jkunx leġittimu min m’għandux l-appoġġ tal-poplu warajh. Il-Gvern għandu l-appoġġ tal-poplu anke għax jirrispetta l-istituzzjonijiet u jħarishom biex iwettqu xogħol tagħhom f’pajjiż fejn il-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd.