Tal-Ġnus Magħquda ixxokkjati bl-attakk fuq kamp Sirjan li ħalla 12-il persuna mejta – One News

Notifiki

Tal-Ġnus Magħquda ixxokkjati bl-attakk fuq kamp Sirjan li ħalla 12-il persuna mejta

Esponent tal-Ġnus Magħquda qal li jinsab taħt xokk qawwi wara li ħarġet l-aħbar li 12-il persuna nqatlu f’attakk fuq kamp fit-Tramuntana tas-Sirja.

L-attakk mill-ajru seħħ fuq żona f’Idlib li hija responsabbiltà tal-oppożizzjoni Sirjana, bil-maġġoranza tal-vittmi jkunu nisa jew tfal. Fl-istess ħin binja li kienet qed isservi ta’ sptar iġarrfet ukoll.

S’issa għadu mhux magħruf minn kien il-moħħ wara dan l-attakk, iżda qed ikun irrapportat li x’aktarx dawn intagħtu mill-forzi tal-Gvern Sirjan.

Il-provinċja ta’ Idlib, li skont il-Ġnus Magħquda fiha jgħixu 3 miljun persuna, hija l-aħħar fortizza tal-oppożizzjoni Sirjana.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend