Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Tarxien – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Tarxien

Raġel ta’ 57 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza.

Il-karozza  kienet qed tinstaq minn mara ta’ 28 sena minn Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Luqa Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *