BIL-FILMAT: Pulse ttella’ t-tmien kandidata fil-KSJC – One News

BIL-FILMAT: Pulse ttella’ t-tmien kandidata fil-KSJC


Mikela Cassar hija t-tmien kandidata eletta f’isem l-għaqda studenteska Pulse fil-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College (KSJC).

Ġimagħtejn ilu, Pulse rebħet l-elezzjoni għall-Kunsill tal-Junior College fejn telgħet seba’ kandidati minn tmienja, b’Cassar ġabet l-istess ammont ta’ voti daqs il-kandidat tal-SDM.

Għaldaqstant wara l-verifiki kollha, il-Kummissjoni li mexxiet il-proċess ta’ votazzjoni f’din l-elezzjoni, flimkien mal-amministrazzjoni tal-Junior College ddeċidiet li ssir elezzjoni għat-tmien kariga permezz ta’ votazzjoni online.

Din il-votazzjoni saret illum fejn l-biċċa l-kbira tal-istudenti li vvutaw għażlu lil Mikela Cassar li issa hija l-Kummissarju għall-Politika Soċjali fil-KSJC.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *