Avukat jammetti li għamel danni ta’ €72,000 – One News

Notifiki

Avukat jammetti li għamel danni ta’ €72,000

Avukat Amerikan ta’ 36 sena tressaq il-Qorti akkużat li kien taħt l-effett tad-droga u għamel dani ta’ €72,000 fl-lukandi ewlenin f’pajjiżna.

Mazen Mohamed Tumi ta’ 36 sena ġie akkużat li meta kien taħt l-effett tad-droga għamel ħsarat fi kmamar lussużi ta’ żewġ lukandi ewlenin f’San Ġiljan.

Każ minnhom ġara fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ Mejju u każ ieħor ġara fil-lejl ta’ 17 ta’ Mejju.
Huwa ġie akkużat ukoll li għamel ħsarat barra r-residenza tad-diplomatiku tal-Qatar f’Ta Xbiex fit-18 ta’ Mejju.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit li informa lill-Qorti li l-akkużat laħaq ftehim mal-lukandi sabiex iħallas il-ħsarat. Bl-akkużat wera r-rieda li jegħleb il-vizzju tad-droga. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.

Il-Maġistrat Monica Vella tagħtu sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend