Tingħata sentenza sospiża wara li lagħbet €10,000 ta’ klijent tagħha – One News

Notifiki

Tingħata sentenza sospiża wara li lagħbet €10,000 ta’ klijent tagħha

Stefania Capuccio, Taljana ta’ 47 sena li toqgħod San Ġiljan ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin. Il-Qorti f’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella ordnat ukoll li akkużat tingħata trattament biex tegħleb il-vizzju tad-droga għal perjodu ta’ 3 snin.

Dan wara li Cappuccio ammettiet lagħbet is-somma ta’ €10,000 li huma ta’ klijent tagħha iżda kienu għandha minħabba l-professjoni tagħha ta’ accountant. Hija għamlet dan f’6 okkażjonijiet li marret l-casino f’perjodu ta’ 10 ijiem.

Hija rritornat il-flus lura qabel ma l-każ beda jinstema’ fil-Qorti. Filwaqt li l-avukat Arthur Azzopardi li mexxa d-difiża talab lill-Qorti biex tagħmel rikkomandazzjoni lill-Gaming Authority sabiex ma tħalliex lill-mara tersaq lejn kull tip tal-logob, bil-għan li jirnexxileha tegħleb il-vizzju tal-logħob.

Min-naħa tagħha l-Qorti laqgħet din it-talba.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathamn Ramsley.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *