Rilokati żewġ gruppi t’immigranti fi Franza u l-Ġermanja – One News

Notifiki

Rilokati żewġ gruppi t’immigranti fi Franza u l-Ġermanja

Żewġ gruppi ta’ immigranti ġew rilokati minn Malta għal Franza u l-Ġermanja fl-aħħar jiem.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq il-profil tiegħu uffiċjali fuq Twitter hekk kif spjega li ntlaħaq ftehim mal-Kummissjoni Ewropea u numru ta’ stati Ewropej.

Fi stqarrija minn naħa tal-Gvern intqal kif dawk kollha rilokati lejn il-Ġermanja huma kollha mis-salvataġġ li l-Forzi Armati ta’ Malta wettqu minn fuq il-vapur ‘Ocean Viking’.

It-tieni grupp ta’ immigranti rilokati lejn Franza kienu parti kemm mill-operazzjoni ta’ salvataġġ tal-‘Ocean Viking’ u wkoll uħud minnhom mill-vapur ‘Sea-Eye’ tal-Alan Kurdi.

F’Settembru grupp ta’ immigranti kienu baqgħu mitluqa fuq is-‘Sea Eye’ sakemm Malta offriet li tkun parti minn soluzzjoni Ewropea u ssolvi din il-kwistjoni.

L-immigranti kienu mgħejjuna mill-awtoritajiet lokali, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, u minn uffiċjali t’ambaxxati differenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend