Il-grupp mużikali Coldplay mhux se jagħmel it-tour tas-soltu biex jippromwovi l-album ġdid għax qal li jinsab imħasseb dwar l-impatt li jħallu l-kunċerti fuq l-ambjent.
Chris Martin qal li l-membri tal-grupp qed jieħdu l-ħin tagħhom biex jaraw kif din id-deċiżjoni tista’ tkun ta’ benefiċċju.
Il-membri tal-band Ingliża jinsabu fil-kapitali tal-Ġordan Amman biex jagħtu żewġ kunċerti li se jkunu mxandra fuq YouTube.
L-aħħar tour li għamlet il-band kien dak ta’ sentejn ilu, fejn tellgħet 122 kunċert f’erba’ kontinenti.