L-arrest ta’ Yorgen Fenech ma wasalx minn informazzjoni li ta l-‘middleman’ – il-PM – One News

Notifiki

L-arrest ta’ Yorgen Fenech ma wasalx minn informazzjoni li ta l-‘middleman’ – il-PM


L-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech l-Erbgħa kmieni filgħodu fuq jott hu u ħiereġ minn Malta wasal mhux minn informazzjoni li ta l-persuna meqjus bħala middleman fil-pjan tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti:Are we to understand that the Police arrests yesterday was not based on any information that the middleman gave given that he has not been issued a Presidential pardon?”

Il-Prim Ministru wieġeb: “Yes”

Dr Joseph Muscat saħaq li l-maħfra Presidenzjali li hu kkommetta ruħu li jirrakkomanda għadha ma ngħatatx anki hekk kif dak meqjus bħala l-middleman fil-pjan tad-delitt għadu ma tax l-informazzjoni sħiħa.

Il-Prim Ministru sostna: “Right now the person who has offered to give information has not given the full information yet and the pardon has not been granted yet.

Il-Prim Ministru fakkar li huwa ħa pass bla preċedent billi ffirma ittra li biha qed jikkommetti ruħu li jirrakkomanda l-proklama lil middleman, bil-kundizzjoni li din tressaq evidenza li tkun anki kkorraborata fil-Qorti fil-prosekuzzjoni tal-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-Prim Ministru sostna: “I took the unprecendented step of signing a letter myself to the lawyers of this gentleman saying that once he gives the evidence and once that evidence it is shown through further proof that it can be corraborated I will be advising the President to issue immunity for the said person. So I think we should all keep in mind that this is a delicate time and not a time we should just speculate.”

L-hekk imsejjaħ middleman kien arrestat fil-jiem li għaddew bħala parti minn operazzjoni tal-pulizija u l-Europol. Il-persuna allegatament kienet involuta f’ċirku ta’ ħasil ta’ flus.

Tul l-interrogazzjoni ta’ din il-persuna ntweriet l-intenzjoni li din tikkollabora mal-pulizija u ssemma li l-persuna għandha evidenza b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Intant matul il-jum issoktaw l-investigazzjonijiet tal-pulizija anki mal-persuna li hi mifhuma qed tgħin il-pulizija biex tasal għall-mandant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *