BIL-FILMAT: L-arrest ta’ Yorgen Fenech ma wasalx minn informazzjoni li ta l-‘middleman’ – il-PM – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-arrest ta’ Yorgen Fenech ma wasalx minn informazzjoni li ta l-‘middleman’ – il-PM

L-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech l-Erbgħa kmieni filgħodu fuq jott hu u ħiereġ minn Malta wasal mhux minn informazzjoni li ta l-persuna meqjus bħala middleman fil-pjan tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti.

Dr. Joseph Muscat saħaq li l-maħfra Presidenzjali li hu kkommetta ruħu li jirrakkomanda għadha ma ngħatatx.

“Bħalissa l-persuna li qalet li lesta tagħti l-informazzjoni meħtieġa li twassal għall-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia għadu ma tax l-informazzjoni sħiħa”, saħaq Dr. Muscat.

Il-Prim Ministru fakkar li huwa ħa pass bla preċedent billi ffirma ittra li biha qed jikkommetti ruħu li jirrakkomanda l-proklama lil ‘middleman’, bil-kundizzjoni li din tressaq evidenza li tkun anki kkorraborata fil-Qorti fil-prosekuzzjoni tal-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Ara l-kummenti li ta l-Prim Ministru

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend