BIL-FILMAT: “Ħadd m’għandu jaqa’ għall-provokazzjonijiet” – il-PM – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Ħadd m’għandu jaqa’ għall-provokazzjonijiet” – il-PM


“Il-kritika għandha ssir b’kalma sħiħa mingħajr provokazzjonijiet u fuq kollox ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjonijiet.” 

Din kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat għall-protesti vjolenti barra l-Parlament fejn kien hemm mumenti meta persuni li kienu qed jipprotestaw dawru l-karozza tal-Ministru Owen Bonnici.

Il-Prim Ministru qal li l-atti tal-bieraħ filgħaxija huma reazzjoni ta’ ftit nies li ġġib l-għadab anki ta’ min jaqbel ma’ l-argument ta’ dawk in-nies.

Il-Prim Ministru kien f’Għawdex jinawgura l-iskola medika ta’ BARTS b’investiment ta’ €35 miljun.

Dr. Muscat fakkar li huwa ħa deċiżjonijiet biex il-pajjiż wasal f’xi ħaġa bla preċedent fejn sar żblokk fuq investigazzjoni ta’ każ kriminali ewlieni.

“Jien kuntent li dak li ħaddieħor qal li ma tistax issir, jiġifieri li jaħdmu l-istituzzjonijiet, dan mhux minnu. L-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu”, reġa’ rrimarka l-Prim Ministru.

Segwi l-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat minn hawn fuq.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend