AĠĠORNAT: Yorgen Fenech mistenni jerġa’ jinġabar għal aktar stħarriġ – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Yorgen Fenech mistenni jerġa’ jinġabar għal aktar stħarriġ

Fis-sigħat li ġejjin, il-Pulizija mistennija terġa’ tibda tinterroga lil Jorgen Fenech wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa huwa ngħata l-police bail

One.com.mt jinsab informat li wara kważi 40 siegħa ta’ interrogazzjonijiet, Yorgen Fenech jinsab taħt superviżjoni stretta wara li l-Ħamis filgħaxija ttieħed fuq il-jott tiegħu għal aktar investigazzjonijiet.

Is-Sur Fenech ittieħed fuq il-jott li għandu sorġut f’Portomaso fejn l-uffiċjali tal-pulizija wettqu tfittxija abbord fil-preżenza tiegħu.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet qalu li Fenech se jittieħed lura fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex ikompli jiġi interrogat il-Ġimgħa filgħodu.

Is-Sur Fenech ġie arrestat l-Erbgħa kmieni filgħodu wara li deher ħiereġ permezz ta’ jott u ġie interċettat fil-baħar qrib Pembroke mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Hu mifhum li Fenech kien interrogat dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Skont il-liġi persuna arrestata ma tistax tibqa’ tinżamm fil-kustodja tal-pulizija sa aktar minn 48 siegħa. La darba jgħaddi l-perjodu li fih Fenech jista’ jinżamm arrestat, jiskattaw 48 siegħa oħra li matulhom jista’ jkompli jiġi mitkellem mill-pulizija.

Intant, matul il-jum qed ikomplu t-tfittxijiet abbord il-jott ta’ Yorgen Fenech fejn fil-marina ta’ Portomaso deher għadd ta’ uffiċjali jgħassu l-jott ta’ Yorgen Fenech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend