Yorgen Fenech jirriżenja minn Tumas Group u Electrogas – One News

Notifiki

Yorgen Fenech jirriżenja minn Tumas Group u Electrogas

In-negozjant Yorgen Fenech irriżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Tumas Group. Dan il-grupp hu involut f’diversi oqsma ta’ negozju b’valur ta’ miljuni ta’ ewro. Din ir-riżenja, li skont dan

irrapportat seħħet fl-aħħar jiem, saret magħrufa fis-sigħat ta’ wara li Fenech kien arrestat. Dan allegatament b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Postu fit-tmun tal-kumpanija se jkun qed jieħdu ħuh Franco Fenech.

Fenech irriżenja wkoll mill-bord ta’ Electrogas. Fost is-sidien tagħha hemm ukoll il-kumpanija Siemens u s-Socar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend