Ray Farrugia ‘ż-Żażu’, mhux ser jibqa’ kowċ nazzjonali ta’ Malta – One News

Notifiki

Ray Farrugia ‘ż-Żażu’, mhux ser jibqa’ kowċ nazzjonali ta’ Malta

Fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, L-ARGUMENT ħabbru kif skont sorsi, fis-sigħat li ġejjin it-tim nazzjonali Malti mistenni li jkollu kowċ nazzjonali ġdid hekk kif jidher li l-kuntratt li għandu Ray Farrugia mhux ser jiġġedded wara Diċembru li ġej.

L-ARGUMENT qalu kif Farruġa kien ħa f’idu t-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti fl-2018 wara t-tkeċċija tal-kowċ Tom Saintfiet, fejn taħt it-tmexxija tiegħu Malta għal ewwel darba fl-istorja rnexxielha tirbaħ kontra l-Faroe Islands.

L-ARGUMENT qalu kif l-istess sorsi ikkonfermaw magħhom li l-għażla aktarx tkun bejn kowċ Svizzeru jew Taljan b’dan tal-aħħar huwa l-favorit. Żiedu jgħidu li fost l-ismijiet li saħansitra ssemmew fil-kurituri tal-MFA kien hemm dak tal-ex kowċ tat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena Devis Mangia li fl-aħħar ġranet kien f’pajjiżna.

L-ARGUMENT, temm jgħid kif huma jifmhu li l-MFA ser tkun qed tevalwa kull għażla possibli biex is-suċċessur ta’ Farruġia jħalli l-frott u r-riżultati mixtieqa.

Intant ftit tal-ħin wara, l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Football, f’komunikazzjoni kkonfermat li l-kowċ Ray Farrugia wasal fit-tmiem tat-tmexxija tiegħu.

Devis Mangia
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend