L-anzjani u l-pensjonanti huma l-prijorità ta’ dan il-gvern – One News

Notifiki

L-anzjani u l-pensjonanti huma l-prijorità ta’ dan il-gvern

“L-anzjani u l-pensjonanti huma l-prijorità ta’ dan il-gvern. Fl-aħħar snin mhux biss żidna l-pensjonijiet imma daħħalna wkoll miżuri oħra li komplew itejbu l-ħajja tal-penzjonanti”, stqarr il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt laqgħa li kellu illum mal-Għaqda Pensjonanti tal- GWU, fejn ġew spjegati d-diversi miżuri mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla li jikkonċernaw lill-penzjonanti.

Fost il-miżuri li semma il-Ministru Scicluna, kien hemm l-iskema li se jerġa’ jkun hemm ta’ aktar żidiet fil-pensjonijiet, għotja lill-anzjani li qegħdin f’dar residenzjali privata, u Tal-Linja card b’xejn għal anzjani li jagħlqu l-ħamsa u sebgħin sena, ħruġ ta’ bonds magħrufa bħala 62+ Government Bond, bil-għan li l-penSjonanti jkollhom introjtu aħjar fuq flushom f’xenarju fejn ir-rati tal-imgħaxijiet fuq il-kontijiet bankarji fissi għadhom baxxi.

Il-Ministru Scicluna rrisponda għal diversi mistoqsijiet li l-pensjonanti staqsewh.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend