Jinqatel iben l-eks President Ġermaniż waqt li kien qed jagħti lecture – One News

Notifiki

Jinqatel iben l-eks President Ġermaniż waqt li kien qed jagħti lecture

Imut wara li ġie agredit b’daqqiet ta’ arma bil-ponta

Iben eks President Ġermaniż, Fritz von Weizsaecker ġie maqtul b’daqqiet ta’ arma bil-ponta waqt li kien qed jagħti lecture fi sptar f’Berlin, fejn kien jaħdem bħala bħala tabib.

Il-Pulizija Ġermaniża qalet li arrestat raġel ta’ 57 sena dwar dan il-każ it-Tlieta filgħaxija. Dan wara li r-raġel ħareġ mill-udjenza li kienet qed isegwi l-lecture u agredixxa lit-tabib. Raġel ieħor li pprova jwaqqaf lill-agressur, spiċċa sofra xi ġrieħi serji.

Von Weizsaecker miet fuq il-post minkejja l-attenzzjoni immedjata li tawh il-kollegi tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend