Imut ir-raġel li kien involut f’inċident bil-mutur fil-‘Coast Road’ – One News

Notifiki

Imut ir-raġel li kien involut f’inċident bil-mutur fil-‘Coast Road’

Tilef il-battalja għal ħajtu, Zoltán Szilágyi, l-Ungeriż ta’ 43 sena li fl-10 ta’ Novembru li għadda kien involut f’inċident ta’ traffiku fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.

Ir-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki Hayabuza filwaqt li tilef il-kontroll u skidja.

Fuq il-post immedjatament kienet issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ftit wara kien ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Audrey Demicoli li ħatret inkjesta.

Intant diversi ħbieb tal-vittma urew is-sogħba tagħhom għal dan l-inċident sfortunat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend