Dibattitu bejn Johnson u Corbyn jattira miljuni ta’ segwaċi – One News

Notifiki

Dibattitu bejn Johnson u Corbyn jattira miljuni ta’ segwaċi

L-ewwel dibattitu bejn il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson u l-mexxej tal-Partit Laburista Igliż, Jeremy Corby fejn attira udjenza medja ta’ 6.7 miljun telespettatur. Din l-udjenza numeruża tindika li l-pubbliku qed jieħu interess fl-elezzjoni ġenerali.

Bi ftit aktar minn tliet ġimgħat għall-jum l-elezzjoni, fid-dibattitu li xxandar it-Tlieta fuq ITV, ma kienx hemm indikazzjoni ċara ta’ min rebaħ. Skont stħarriġ tal-YouGov jindika li Boris Johnson ġab 51% u Jeremy Corbyn 49%.

Id-Dibattitu attira udenza b’saħħitha fil-faxxa ta’ bejn is-16 u l-34 sena. Iċ-ċifri tat-Tlieta huma żieda sostnazjali mill-elezzjoni tal-2017 meta Theresa May kienet ibbokotjat ħafna mid-dibattiti televiżivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend