Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li ġej lura Malta minn Zagreb minħabba dawk li jidhru l-aħħar żviluppi fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’messaġġ ta’ ftit minuti Adrian Delia appella għall-prudenza b’rabta mal-kummenti li jistgħu jsiru dwar l-arresti li kien irrapportat li kien hemm u l-protest ġudizzjarju. Dan fl-istess ħin li Delia tenna li min-naħa l-oħra għandu obbligu li kummenti dwar il-parti politika u talab għar-riżenja tac-chief of staff tal-Prim Ministru.